videoblogs.com
es

The Travellers - Poeżija Mingħajr Tmiem

Favoritos

The Travellers

Cette vidéo a été tendance en Malte

Poeżija Mingħajr Tmiem minn The Travellers

https://www.facebook.com/thetravellersmalta
https://www.instagram.com/thetravellersmalta/

Membri tal-Band:
Clayton Bonello
Michael Camilleri
Chris Gatt
Sylvano Mizzi
Andrew Vella
Joseph Xerri

Rikording u Produzzjoni: Jagged House Studios
Direttur Artistiku: Gary Bugeja
Direttur tal-Istampa: Victor Abela
Assistent tal-Kamera: Bennard Buttigieg
Grip: Luke Micallef
Fotografija: Brian Grech
Irtokk: Daniela Ebejer
Xagħar: Lara Theuma - Lune Noire
Stilista tal-Ħwejjeġ: Malcolm Gauci
Ilbies: Azzopardi Studio

Lirika:

Ngħidlek jiena ta’ sikwit,
kemm tfisser int għalija, grazzi talli
dejjem inkoraġġejtni, anke meta inti taf
li faċli mhux dan il-pass.

Inwiegħdek jiġri x’jiġri,
jien dejjem ser inkun hemm, lest għalik,
speċjalment waqt id-dlam,
id f’id f’mument mudlam.

Le! Mhux ser ngħidlek li jien fik sibt dak li kont,
qed infittex f’din il-ħajja, qatt ma
ħlomt li jien xi darba ser inħobb,
tiegħi nagħmlek biex tul ħajti jiena ngħożż.

Hekk kif rajt din is-sbuħija ta’ min int,
meta ċ-ċpar mar, jien malajr dlonk fhimt,
li ma rridx telf ta’ żmien.
Int għalija poeżija mingħajr tmiem.

Nistinka għall-ġejjien
għax naf li pass wara ieħor,
sejrin nagħmlu dak kollu li hu meħtieġ.

Kemm huma ferħanin
għalija u għalik
għax jafu li sibt fik
dak li ħsibt ma jeżistix.

Grazzi talli tajtni l-ħin tiegħek
biex miegħek naqsam dan iż-żmien.
Għandi x-xorti f’ħajti ngħajjatlek tiegħi, tiegħi…

Le! Mhux ser ngħidlek li jien fik sibt dak li kont
qed infittex f’din il-ħajja, qatt ma
ħlomt li jien xi darba ser inħobb,
tiegħi nagħmlek biex tul ħajti jiena ngħożż.

Hekk kif rajt din is-sbuħija ta’ min int,
meta ċ-ċpar mar, jien malajr dlonk fhimt
li ma rridx telf ta’ żmien.
Int għalija poeżija mingħajr tmiem.

Partager la Vidéo

¿Aimez-vous The Travellers - Poeżija Mingħajr Tmiem? Partagez-la avec vos proches...